MOBILITÀ U TRASPORT
Charter Ewropew għas-Sigurtà fit-Triq
Dwar iċ-Charter

Min jista’ jingħaqad

Iċ-Charter Ewropew għas-Sigurtà fit-Triq qed isejjaħ lil aktar partijiet interessati biex jingħaqdu mal-komunità eżistenti tal-membri tiegħu. Kwalunkwe kumpanija, assoċjazzjoni, awtorità lokali, istituzzjoni ta' riċerka, università jew skola minn kwalunkwe Stat Membru huma intitolati li japplikaw biex jiffirmaw impenn. Minn korporazzjonijiet multinazzjonali għal negozji żgħar, entitajiet ta' kull forma u daqs huma ispirati li jiffirmaw iċ-Charter Ewropew għas-Sigurtà fit-Triq. B'3800 firmatarju, li qed jiżdiedu, dan iċ-Charter jibqa' jħeġġeġ u jappoġġja impenji uniċi u kreattivi biex jitnaqqsu l-imwiet fit-triq.

Din hija stedina mill-Kummissjoni Ewropea biex jittieħdu azzjonijiet konkreti, jiġu vvalutati r-riżultati u tkompli tiżdied il-kuxjenza dwar il-ħtieġa li jitnaqqsu l-imwiet minn inċidenti tat-traffiku.

Rikonoxximent ġenwin jingħata lill-entitajiet kollha li jimpenjaw ruħhom fiċ-Charter Ewropew għas-Sigurtà fit-Triq. Azzjonijiet u inizjattivi ta' sigurtà fit-triq li jitwettqu mill-membri tagħna jsiru aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-Websajt taċ-Charter. Din il-viżibilità tippermetti lil oħrajn li jitgħallmu u jispiraw ruħhom biex iwettqu azzjonijiet simili jew azzjonijiet oħrajn aktar innovattivi.

Bl-iffirmar ta' impenn, il-parteċipanti jistgħu jinfluwenzaw b'mod pożittiv kwistjoni waħda jew aktar ta' sigurtà fit-triq minn dawn li ġejjin, li jiffurmaw is-sinsla għal approċċ integrat għas-sigurtà  fit-triq:

  • Sigurtà tal-Vettura: Innovazzjoni, tagħmir ta' sigurtà, politiki għar-regolazzjoni tal-vetturi.
  • Sigurtà tal-Infrastruttura: Infrastrutturi tat-triq aktar siguri, valutazzjoni tal-impatt tas-sigurtà fit-triq.
  • L-imġieba tal-utent: Fehim akbar, ħiliet imtejba, u attitudnijiet msaħħa.

Membri impenjati mhux biss jikkontribwixxu biex jitnaqqas in-numru ta' mwiet u diżgrazzji kull sena; l-azzjonijiet tagħhom qed inaqqsu wkoll l-impatt ambjentali tal-inċidenti tat-traffiku, inaqqsu l-ispejjeż finanzjarji għoljin, iżidu l-attenzjoni tal-pubbliku u jsaħħu r-responsabilità korporattiva tagħhom stess.