MOBILITÀ U TRASPORT
Charter Ewropew għas-Sigurtà fit-Triq
Dwar iċ-Charter

Il-Missjoni Tagħna

Iċ-Charter Ewropew għas-Sigurtà fit-Triq, immexxi mill-Kummissjoni Ewropea, huwa l-akbar pjattaforma dwar is-sigurtà fit-triq għas-soċjetà ċivili. Sa issa, aktar minn 3,800 entità pubblika u privata impenjaw ruħhom fiċ-Charter, u wettqu azzjonijiet u inizjattivi ta' sigurtà fit-triq immirati għall-membri tagħhom, għall-impjegati u għall-bqija tas-soċjetà ċivili.

Dawn l-azzjonijiet saħħu l-kultura ta' sigurtà fit-triq madwar l-Ewropa, tejbu l-għarfien komuni dwar il-kawżi ta' inċidenti u għenu biex jinħolqu miżuri u soluzzjonijiet ta' prevenzjoni.

Il-komunità diversa tal-membri taċ-Charter hija magħmula minn kumpaniji, assoċjazzjonijiet, awtoritajiet lokali, istituzzjonijiet ta' riċerka, universitajit u skejjel. L-entitajiet kollha impenjati jingħataw rikonoxximent ġenwin, u l-azzjoijiet tagħhom huma viżibbli għall-pubbliku fuq is-sit tagħna, u dan jippermetti li oħrajn jitgħallmu u jiġu ispirati minn dan.

B'mod speċifiku, iċ-Charter għandu l-għan li

• Iħeġġeġ u jappoġġja assoċjazzjonijiet, skejjel, universitajiet, kumpaniji ta' kull tip u daqs, u awtoritajiet lokali Ewropej biex jieħdu azzjoni għas-sigurtà fit-toroq fl-Ewropa.

• Jirrikonoxxi kontribuzzjonijiet mis-soċjetà ċivili għas-sigurtà fit-toroq.

• Jiffaċilita lill-membri tas-soċjetà ċivili fil-kisba u l-qsim ta' għarfien dwar kwistjonijiet ta' sigurtà fit-triq fl-Unjoni Ewropea.

• Jiffaċilita djalogu reali għat-trasferiment tal-esperjenzi u l-prattiki ta' sigurtà fit-triq fil-livelli kollha ta' governanza fl-Unjoni Ewropea.

Flimkien, aħna kellna rwol sinifikanti fl-isforz panEwropew biex it-toroq tagħna jkunu aktar siguri. Il-missjoni taċ-Charter Ewropew għas-Sigurtà fit-Triq issa hija li tkompli tħeġġeġ, trawwem u twessa' din il-komunità, b'viżjoni aħħarija ta' tnaqqis fin-nurmu ta' mwiet fuq it-triq sal-2020.