MOBILUMAS IR TRANSPORTAS
Europos kelių saugos chartija
Kelių saugos veiksmai

Għodda ta' awtovalutazzjoni

L-għan tal-għodda ta' awtovalutazzjoni ċertament mhuwiex biex issir klassifikazzjoni tal-membri tal-ERSCharter; din inħolqot sabiex tgħin lill-membri jtejbu l-impenn u l-azzjonijiet tagħhom għal toroq iktar siguri. Għalhekk, ir-riżultati tal-evalwazzjoni tiegħek mhux se jiġu ppubblikati onlajn, dawn se jservu biss bħala parir għalik.

Kif tuża l-għodda ta' awtovalutazzjoni?

  1. Niżżel u iftaħ l-fajl tal-excel 
  2. Imla d-dettalji tal-kuntatt tiegħek fuq l-ewwel folja
  3. It-tieni folja tevalwa l-proċess tal-impenn tiegħek lejn is-sigurtà tat-toroq tiegħek permezz ta' sensiela ta' mistoqsijiet. Għal kull pass, inti għandek timmarka l-livell tar-realizzazzjoni tiegħek billi tagħżel il-kaxxa korrispondenti. Ara li tkun għażilt "livell miksub" għal kull pass qabel ma tipproċedi għall-folja li jmiss. Tista' tagħżel biss kaxxa waħda għal kull pass. Jekk xi kaxxi jsiru ħomor, jekk jogħġbok itfi l-kaxxa mhux xierqa li kont għażilt. Għal kull pass, tiddejjaqx tikteb informazzjoni addizzjonali jew kummenti fil-qasam tal-"kumment".
  4. It-tielet folja tikkonċerna l-"evalwazzjoni kumulattiva" jew ir-rilevanza tal-impenn lejn is-sigurtà tat-toroq tiegħek. Għal kull dikjarazzjoni, inti għandek timmarka l-"livell ta' qbil" tiegħek billi tagħżel il-kaxxa korrispondenti. Tista' tagħżel biss kaxxa waħda għal kull dikjarazzjoni. Jekk xi kaxxi jsiru ħomor, jekk jogħġbok itfi l-kaxxa mhux xierqa li kont għażilt. Għal kull dikjarazzjoni, tiddejjaqx tikteb informazzjoni addizzjonali jew kummenti fil-qasam tal-"kumment”
  5. Meta tkun lestejt iż-żewġ folji ta' evalwazzjoni, inti tista' tara r-riżultati tiegħek fuq il-folja "riżultati".
  6. Issejvja l-fajl tal-excel u ibgħatu lil charter@vias.be.